Navigate Up
Sign In

 ​Stipendji Speċjali tas-Sajf u  Stipendji Addizzjonali


Stipendji Addizzjonali

Studenti tal-MCAST li qegħdin isegwu korsijiet ta' apprentistat jistgħu jkunu eliġibbli għal rata ta’ stipendju addizzjonali. Din hija rata ta’ stipendju apparti mogħtija lil studenti li qegħdin jaħdmu ma’ sponser.  Studenti li jinstabu eliġibbli għal dan l-istipendju jirċievu ammont pro rata tar-Rata tal-Paga Minima Nazzjonali li jiżdied mal-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti oħra.

 

Stipendji Speċjali tas-Sajf

Studenti li qegħdin jagħmlu apprentistat fis-sajf, jekk jinsabu eliġibbli, jirċievu rati ta’ stipendju Settembru, Ottubru u Novembru, li jkopru Lulju, Awwissu u Settembru.  Għal dawn it-tliet xhur, rata ogħla ta’ stipendju tiġi ikkreditata. B’hekk, studenti li jkunu eliġibbli li jirċievu l-Istipendji tas-Sajf jirċievu tlettax-il stipendju b'kollox fuq f'firxa ta' sena akkademika.

 

Ħlasijiet

Studenti tal-apprentistat jirċievu ħlas mill-isponser tagħhom flimkien mal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti. Waqt li jaħdmu mal-isponser tagħhom, l-istudenti li jagħmlu apprentistat dejjem jirċievu ħlas direttament mill-isponser tagħhom skont is-sigħat ta’ xogħol li jaħdmu. Min-naħa l-oħra, l-Għotjiet għall-Manteniment lill-Istudenti huma kkreditati kif ġej:


Perjodu Kopert

Ħlas ta’ Għotjiet ta’ Manteniment imħallsa lill-istudent

(jiddependi mill-eliġibbilta’)

Minn Ottubru sa Ġunju (ikopri attendenza fil-lekċers)

a. Rati ta’ stipendju ta’ €91.75 kull erba’ ġimgħat (għaxar pagamenti)

b. Għotja Inizjali (kreditata darba wara li l-istudent jikkonferma l-applikazzjoni onlajn)

c. Rati ta’ Stipendju Addizzjonali*

Minn Lulju sa Settembru (ikopri l-apprentistat)

d. Rati tal-Istipendju tas-sajf ta’ €243.83 kull erba’ ġimgħat

e. Rati ta’ Stipendju Addizzjonali*


* Ir-Rati ta’ Stipendju Addizzjonali jvarjaw ħafna skont il-kors ta' studju, u skont in-numru ta jiem li l-istudent ikun qiegħed jattendi għal-lezzjonijiet fl-istituzzjoni edukattiva.  ​