Sign In

Għotjiet ta’ Manteniment Supplimentari

Għotjiet ta’ Manteniment Supplimentari huma għotjiet maħsubin għal studenti li qegħdin jiffaċċjaw ċerti problemi, inklużi dawk finanzjarji. 

Dawn ir-rati ta’ Għotjiet ta’ Manteniment jinqasmu fi tnejn:

a.  Rati ta’ Stipendju Supplimentari – Dawn jingħataw kull erba’ ġimgħat lil studenti li jinsabu eliġibbli għas-Supplimentari u jingħaqdu mar-rata normali ta’ stipendju

b.  Għotja Supplimentari – Din l-għotja tingħata darba biss lil studenti li jinsabu eliġibbli għal-Għotjiet Supplimentari u li jkunu qegħdin jistudjaw f’Livelli QMK 5 jew 6. 

Kundizzjonijiet

a. L-applikazzjonijiet għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jagħlqu fil-31 ta’ Diċembru 2021.

b. Studenti ma jistgħux jiġu ikkonsidrati għall-Għotjiet Supplimentari jekk ma jkunux eliġibbli għall-Istipendju normali.

ċ. Id-dokumenti kollha marbutin maċ-ċirkustanza li għaliha l-istudent ikun qiegħed jitlob l-Għotja Supplimentari, għandhom jittellgħu onlajn.  Minħabba n-natura sensittiva ta’ ċerti dokumenti, l-ebda dokument m’għandu jintbagħat bl-ijmejl jew jingħata lil xi uffiċjal fl-uffiċċji tal-Istipendji.

d. L-applikazzjoni u d-dokumenti kollha imtellgħin onlajn jiġu iċċekkjati mill-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti għall-konsiderazzjoni u għal deċiżjoni finali.

e.  L-istudenti għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti permezz ta' ijmejl billi jagħfsu l-buttuna Contact Us fl-applikazzjoni stess jekk ikun hemm xi tibdil fiċ-ċirkustanza tagħhom li jista’ jaffettwa l-eliġibbilta’ tagħhom. 

f. Applikazzjonijiet għall-Għotjiet Supplimentari li jidħlu tard jiġu ikkonsidrati biss jekk iċ-ċirkustanza li tiddetermina l-eliġiblita’ sseħħ wara d-data tal-għeluq tal-applikazzjoni.

g.  Applikazzjonijiet li jintbagħtu bla dokumenti jew b’dokumenti neqsin ma jistgħux jiġu ipproċessati. 

h. Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jirriserva d-dritt li jirrifjuta applikazzjonijiet mingħajr id-dokumenti mitluba.

i.   Ma jsir l-ebda proċessar ta’ applikazzjonijiet għall-Għotjiet Supplimentari wara t-30 ta’ Ġunju 2022.

j. Din l-applikazzjoni,flimien mad-dokumenti rikjesti aġġornati, trid issir onlajn kull sena akkademika.



 

It-tabella t’hawn taħt turi d-dokumenti meħtieġa skont il-każ. 

 

Supplimentari_Malti_Table_201819.JPG 

Id-dokumenti mtellgħin mill-istudenti fl-applikazzjoni għall-Għotjiet Supplimentari huma aċċessibbli biss għal numru ristrett ta’ nies, fosthom iċ-Ċerpersin tal-Bord u persuni oħra awtorizzati mill-Bord biex jaraw u jiċċekkjaw id-dokumenti.  Għal skopijiet ta’ kunfidenzjalita’ u anke minħabba n-natura sensittiva ta’ xi dokumenti, ma tistax tingħata informazzjoni  minn fuq it-telefon.  Studenti li jkunu jixtiequ informazzjoni dwar l-istat tal-applikazzjoni tagħhom, għandhom jibagħtu ijmejl minn fuq is-sistema onlajn stess. Dan huwa l-unika mod sigur u effiċjenti biex l-istudenti jindirizzaw il-komunikazzjoni tagħhom  mal-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti.

 

Studenti li għandhom karta tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

Studenti Ii għandhom f’isimhom karta tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD)huma meqjusin eliġibbli awtomatikament kemm għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti kif ukoll għall-Għotjiet Supplimentari.  Fl-applikazzjoni, trid tittella’ kopja tad-dokument maħruġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Dokumenti li juru dħul finanzjarju ma jkunux mitluba. 

 

Studenti li jirrjisjedu d'dar residenzjali għalll-Kura

Studenti li jgħixu f'dar residenzjali għall-kura huma meqjusin eliġibbli awtomatikament kemm għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti kif ukoll għall-Għotjiet Supplimentari.  Fl-applikazzjoni, irid jittella’ dokument bħala prova tar-residenza tal-istudent.  Dokumenti li juru dħul finanzjarju ma jkunux mitluba. 

 

Kif għandek tapplika għall-Għotjiet Supplimentari

L-istudenti jridu jidħlu fis-sit https://education.gov.mt/studentsgrants u  jużaw il-kont tal-e-ID biex jidħlu fl-applikazzjoni onlajn tal-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti.  Ġo paġna 3 ta' din l-applikazzjoni l-istudenti se jsibu l-applikazzjoni għall-Għotja Supplimentari. 

L-istudenti jikklikkjaw Iva għall-Għotjiet Supplimentari u għandhom jikklikkjaw fuq iċ-ċirkostanza li għaliha qegħdin japplikaw għall-Għotjiet Supplimentari.  Jistgħu ukoll jiktbu kummenti biex jispjegaw is-sitwazzjon tagħhm aħjar, f'kaxxa apposta f'paġna 3. F’paġna 4, iridu jittellgħu id-dokumenti meħtieġa, inklużi dawk għall-Għotjiet Supplimentari.  L-istudenti jridu jaraw li d-dokumenti li jehmżu jkunu dawk korretti, għax applikazzjonijiet b'tagħrif żbaljat jistgħu jiġu rifjutati jew jinżammu pendenti sakemm l-istudent/a jtella'/ttella' d-dokument/i mitluba biex jikkjarifika s-sitwazzjoni tiegħu/tagħha.

 

Test tal-Mezzi

Il-Bord jiddetermina l-eliġibbiltà tal-applikazzjoni għall-Għotjiet  ta’ Manteniment Supplimentari permezz ta’ test tal-mezzi finanzjarji, fuq bażi ta’ sena kalendarja.

L-ammonti t’hawn taħt huma l-limiti ta’ dħul li qed jiġu osservati għall-Għotjiet ta’ Manteniment Supplimentari skont il-miżuri li tħabbru fil-Baġit 2017.

 

€12,700

  Rata ta’ persuna li tgħix mal-familja

€9,100 

   Rata ta’ persuna li tgħix waħedha

€10,500 

 Rata ta’ persuna b’ġenitur wieħed

 

Tingħata konsiderazzjoni xierqa lill-għadd ta’ persuni li jgħixu fl-istess dar li jkunu għadhom għaddejjin bl-edukazzjoni tagħhom.


 Noti Importanti:

a.Il-Formoli kollha tal-Gvern huma suġġetti għal monitoraġġ u assessjar mill-BetterRegulation Unit​ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni għal regolamentar aħjar fi ħdan is-Servizz Pubbliku.

b.Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jirriserva d-dritt li jista’ juża, jżomm u jaqsam data ta’ natura personali jew ta’ xorta oħra, li l-istudenti jkunu taw fl-applikazzjoni tagħhom:

i.biex tiġi determinata eliġibbilta’ futura tal-istudenti, b’konformita’ mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data , Artiklu 6 (b); u  

ii. għal skopijiet ta’ ġbir ta’ statistika.


ċ.Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti  jirriserva d-dritt li jivverifika informazzjoni u l-awtentiċita' tad-dokumenti li l-istudenti jkunu ipprovdew, u li jitlob aktar dokumentazzjoni fejn meħtieġ.



d.Studenti li ma jinfurmawx lill-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti b’xi tibdil fiċ-ċirkustanza tagħhom, jistgħu jintalbu jirrifondu l-Għotjiet kollha li jkunu irċevew.