Sign In

 Stipendji u Għotjiet

NOTA: F'dawn il-paġni ta' informazzjoni, għal skopijiet ta’ ċarezza, ġew inkużi termini li jirreferu għal ġeneru wieħed.  Fejn ir-riferenzi jindikaw ġeneru wieħed, dawn il-paġni għandhom jiġu mifhuma li qegħdin jirreferu għall-ġeneri kollha.

Ħarsa Ġenerali

L-iskema ta’ Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti hija skema mnedija mill-Gvern ta’ Malta u hija maħsuba għal studenti li jagħżlu li jkomplu jistudjaw f’edukazzjoni ogħla.  L-iskema tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti topera taħt sett ta’ regolamenti u l-Liġi Sussidjarja 605.06 li tiddetermina l-eliġibbilta’ tal-istudenti.

 

 Applikazzjonijiet onlajn għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti għandhom jintbagħtu fis-sit https://education.gov.mt/en/studentsgrants/Pages/default.aspx

 

Ma jsirx aktar proċessar ta’ applikazzjonijiet wara t-30 ta’ Ġunju 2022.

 

Għal aktar dettalji ta' Għotjiet ta' Manteniment differenti, ikklikkja HAWN.

 

Stipendji u Għotjiet

 

L-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti jinkludu l-Għotja tal-Bidu, l-Għotja ta' Darba, l-istipendji, l-Għotjiet Supplimentari, l-Għotja tal-Ġenituri Waħedhom, l-Istipendji tas-Sajf u l-Istipendji Addizzjonali.  L-istipendji jitħallsu b'lura kull erba' ġimgħat. L-istudenti li japplikaw għall Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti qabel l-aħħar ta' Diċembru tas-sena akkademika jirċievu l-ewwel stipendju b'lura, mill-bidu tas-sena, wara konferma mill-istituzzjoni edukattiva tagħhom, u wara li jkunu ikkonfermaw l-applikazzjoni onlajn tagħhom. 

 

Studenti li jibagħtu l-applikazzjoni onlajn tagħhom wara l-aħħar ta' Diċembru tas-sena akkademika rispettiva jitqiesu eliġibbli għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti mid-data ta' meta jkunu bagħtu l-applikazzjoni.

 

Studenti li qegħdin jistudjaw f'Livell QMK 5, 6 jew 7 (fil-każ ta' kwalifika Masters li twassal għal warrant, se jkunu qegħdin jirċievu wkoll l-Għotja ta' Darba fis-Sena (u l-Għotja ta' Darba lil studenti li qegħdin jistudjaw f'livell ta' Baċellerat), li għandha tintuża għax-xiri ta' kotba u materjal ieħor edukattiv.  Din l-għotja tiġi kreditata direttament fil-kont bankarju fil-bidu tas-sena akkademika, wara li l-uffiċċji tal-Għotjiet ta' Manteniment jirċievu konferma mingħand l-istituzzjoni akkademika u wara li l-istudent ikun ikkonferma l-applikazzjoni onlajn.

 

Studenti li jibdlu l-kors tagħhom fl-istess sena akkademika wara s-sottomissjoni/konferma tal-applikazzjoni onlajn, huma mitluba li jerġgħu jilloggjaw fl-applikazzjoni tagħhom bl-e-ID u l-passwerd u jikklikkjaw Żid Kors.  Dan joħloq għażla ta' kors ġdida. L-istudenti għandhom jimlew id-dettalji tal-istituzzjoni u l-kors ta' studji.  Fl-aħħarnett, l-istudent irid jibgħat l-applikazzjoni.  F'każ li dan il-proċess ma jsirx, il-ħlas jinżammu.

 

Huwa importanti ħafna li studenti li jirriżenjaw mill-kors ta' studju tagħhom jinformaw lill-Uffiċċji tal-Istpendji rispettiv, permezz ta' ijmejl jew ittra, sa ġimgħa mir-riżenja tagħhom. Studenti li (a) jirriżenjaw, (b) jabbandunaw, (ċ) jonqsu milli jkomplu l-istudji tagħhom, ikunu jridu jirrifondu l-Għotja ta' Darba jew parti minnha, u/jew stipendju li jkunu laħqu rċevew wara l-aħħar ġurnata li jkunu attendew.

 

Studenti tal-Universita' ta' Malta li jabbandunaw il-ors tagħhom mingħajr ma jibagħtu riżenja, jiġu mitlua jirrifondu kemm l-istipendju kif ukoll l-Għotja Inizjali/Għotja ta' Darba.

 

Peress li l-Għotjiet ta' Manteniment lill-lstudenti jiġu kreditati direttament fil-kont bankarju tal-istudenti, huwa importanti li numru tal-kont f'format IBAN muri fl-applikazzjoni ikun attiv u korrett, biex jiġu evitati komplikazzjonijiet fil-ħlasijiet.

 

Fil-każ ta' studenti tal-MCAST u tal-Universita' ta' Malta, l-ammont ta' stipendju li jirċievu l-istudenti jiddependi jek il-kors hux klassifikat bħala Ġenerali, Preskritt, jew ta' Priorita' Għolja. Il-klassifikazzjoni tal-korsijiet tiddependi mill-qasam ta' studju, u tiġi iddeterminata mill-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti, wara konsultazzjoni mal-Onor. Ministru għall-Edukazzjoni.

 

Listi ta' korsijiet Preskritti u dawk ta' Priorita' Għolja jiġu ippubblikati kull sena fil-websajt tal-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti.  Agħfas HAWN għal iktar informazzjoni.


Studenti Part-Time Self-Employed


L-Applikazzjoni Onlajn

 

L-applikazzjoni għall-Għotjiet ta’ Manteniment hija waħda onlajn, u tieħu madwar 10 minuti biex timtela, jekk l-istudent ikollu d-dokumenti meħtieġa kollha. 

Wara li tkun intbagħtet, l-applikazzjoni flimkien mad-dokumenti jiġu ċċekkjati minn membri tal-istaff tal-uffiċċju tal-istipendji rispettiv.  Meta applikazzjoni tiġi approvata, l-istudent jirċievi istruzzjoni fuq l-ijmejl biex j/tikkonferma l-applikazzjoni tiegħu/tagħha.  B’hekk id-dettalji tal-istudent/a jiġu inklużi fil-proċess tal-ħlas. 

 

F’każ li applikazzjoni onlajn tintbagħat b’informazzjoni nieqsa jew mhix korretta,  din tiġi mibgħuta lura biex tiġi emendata mill-istudent/a.  F’każijiet bħal dawn, l-applikazzjoni tibqa’ pendenti sakemm l-istudent/


Noti Importanti:

 

a.  Studenti li jibagħtu l-applikazzjoni wara l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena akkademika jiġu kkonsidrati għall-eliġibbilta’ għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti mid-data meta jibagħtu l-applikazzjoni onlajn tagħhom.

 

b.  Studenti jistgħu jemendaw l-applikazzjoni għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti sat-30 ta' Ġunju 2022.

 

ċ.  L-istudenti għandhom id-dritt li jikkontestaw deċiżjoni quddiem il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, jekk iħossu li xi ċirkustanzi għandhom jiġu assessjati mill-Bord.  Il-Bord jirriserva d-dritt li jiċċekkja informazzjoni li tingħatalu, u jista’ jitlob aktar informazzjoni  u/jew dokumenti biex ikun jista’ jilħaq deċiżjoni dwar każijiet partikulari.

 

d.  Il-Formoli kollha tal-Gvern huma suġġetti għal monitoraġġ u assessjar mill-Better Regulation Unit fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni għal regolamentar aħjar fi ħdan is-Servizz Pubbliku.

 

e.  Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jirriserva d-dritt li jista’ juża, jżomm u jaqsam data ta’ natura personali jew ta’ xorta oħra, li l-istudenti jkunu taw fl-applikazzjoni tagħhom, għal skopijiet ta’ proċessar tal-applikazzjoni biex tiġi determinata eliġibbilta’ futura tal-istudenti, b’konformita’ mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, Artiklu 6 (b), u għal skopijiet ta’ ġbir ta’ statistika.  L-istudenti se jintalbu jagħtu l-kunsens tagħhom permezz tal-aplikazzjoni onlajn.


f.  Kull komunikazzjoni indirizzata lill-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti għandha tintbagħat fuq maintenancegrants.mfed@gov.mt​


g. L-ebda dokument m'għandu jintbagħat permezz tal-imejl, sakemm ma jintalabx speċifikament mill-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti.



Studenti li m’għandhomx e-ID

Studenti li jiġu aċċettati fil-kors tagħhom bħala studenti barranin, u li għal xi raġuni m'għandhomx kont tal-e-ID, huma mitluba jikklikkjaw HAWN biex iniżżlu kopja tal-applikazzjoni li tista' tiġi ipprintajat.  Din għandha timtela u tiġi ippreżentata personalment, flimkien mad-dokumenti rikjesti, lill-One Stop Shop biex tiġi mgħoddija lill-Uffiċċji ta' Manteniment lill-Istudenti.  L-applikazzjoni oriġinali flimkien mad-dokumenti rikjesti jistgħu ukoll jintbagħtu permezz tal-posta reġistrata lil: Uffiċċju għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti, Kamra 207, Ministeru għall-Edukazzjoni, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Florjana, FRN 2000.