Sign In
 

Benefiċċju għal Ġenituri Waħedhom

 

B’effett minn Jannar 2017, ġenituri waħedhom li qegħdin jistudjaw full-time f’istituzzjoni Post-Sekondarja, Vokazzjonali u Terzjarja, għandhom japplikaw għall-Għotjiet Supplimentari fl-applikazzjoni onlajn.  Meta studenti li huma ġenituri waħedhom japplikaw għall-Għotjiet Supplimentari, ikunu qegħdin japplikaw awtomatikament għall-Benefiċċju għall-Ġenituri Waħedhom.

 

Studenti li jkunu jixtiequ jikkomunikaw mal-Uffiċċju għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-istudenti jistgħu jibagħtu ijmejl mill-applikazzjoni billi jikklikkaw fuq il-buttuna Ikkunttatjana li tinsab fuq nett, fil-lemin fl-applikazzjoni onlajn. jew billi jużaw dan l-indirizz:  administration.mfed@gov.mt.   Ijmejls relatati ma' dan il-benefiċċju jgħaddu għall-attenzjoni tal-Bord tal-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti.

 

Dawn l-għotjiet jiġu kreditati lill-istudenti fi gruppi. Din l-għotja, kif stabbilit fl-Avviż Legali 308 tal-2016 u fl-emendi tal-Avvi# Legali 320 tal-2021, se tiġi kreditata fit-Tieni Semestru.

 

 

 

Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jirriserva d-dritt li jitlob aktar informazzjoni u / jew aktar dokumenti skont il-bżonn.