Navigate Up
Sign In

L-MGUS (Malta Government Undergraduate Scheme) 2021/2022

 
L-edukazzjoni ta' kwalita' pprovduta lil studenti li għadhom ma ggradwawx hija importanti għal diversi raġunijiet, fosthom studenti li jiksbu aktar ħiliet u żvilupp f’oqsma ġodda ta’ studju u ta’ speċjalizzazzjoni.  Filwaqt li jgħin fl-izvilupp ekonomiku u soċjali, din l-edukazzjoni hija importanti għal żvilupp professjonali kontinwu.
 
Il-Gvern ta’ Malta jemmen li l-istudenti jistgħu isibu opportunitajiet varji f'korsiijet ta’ Baċellerat jew programmi edukattivi oħra offruti minn istituzzjonijiet edukattivi Ogħla jew istituzzjonijiet Privati ta' Edukazzajoni Ogħla f'Malta.
 
L-iskema Malta Government Undergraduate Scheme 2020/2021 (MGUS) hija maħsuba biex tipprovdi aktar opportunitajiet u oqmsa ta’ studju differenti minn fejn l-istudenti jistgħu jagħżlu korsijiet/kwalifikazzjonijiet li jwasslu sa Livell QMK 6.  Dan jinkludi korsijiet ta’ Baċellerat, korsijiet vokazzjonali li huma klassifikati sa Livell 6 skont il-Qafas Malti għall-Kwalifiki (QMK), jew ekwivalenti.
 
Studenti li jkollhom bżonn aktar tagħrif dwar il-Qafas Malti għall-Kwalifiki (QMK)  għandhom jikkuntattjaw il-Malta Further and Higher Education Authority fuq +356 2598 1489 jew iżuru l-websajt fuq www.mfhea.gov.mt​/.
 
Permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern ta’ Malta qiegħed jipprovdi għajnuna finanzjarja mhux biss lil studenti li għadhom iridu jiggradwaw u li qegħdin jistudjaw fl-Universita’ ta’ Malta, l-MCAST u l-American University of Malta (AUM), imma wkoll lil studenti oħra li jkunu qed jistudjaw għall-ewwel kwalifika tagħhom f’livell QMK Livell 6 f’istituzzjonijiet rikonoxxuti oħra kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.
 
Studenti li qegħdin jistudjaw f’istituzzjonijiet barra minn Malta jew privati f’Livelli QMK oħra, għandhom jagħmlu talba bil-miktub lill-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti permezz ta’ ittra reġistrata jew ijmejl lil maintenancegrants.mfed@gov.mt u jibagħtu l-applikazzjoni onlajn tagħhom qabel id-data tal-għeluq tal-applikazzjoni.
 
Objettivi Ewlenin

L-objettivi ewlenin għal din l-iskema huma:

 li ninkoraġġixxu lill-istudenti li ma jkunux iggradwaw biex jidħlu f’korsijiet Malta jew barra minn Malta.
  li jippromwovu eċċellenza akkademika jew vokazzjonali fis-settur tal-istudju f’istituzzjonijiet privati
  li jżidu l-għażla ta’ korsijiet/kwalifiki u istituzzjonijiet li minnhom l-istudenti jistgħu jagħżlu.
Biex ikunu eliġibbli għal din l-iskema, applikanti jridu jkunu reġistrati bħala studenti full time, ikunu qegħdin jattendu fiżikament fil-kampus, u jkunu qegħdin jattendu kors f’waħda minn dawn l-istituzzjonijiet
Istituzzjoni Edukattiva jew Ċentru Liċenzjat li joffri korsijiet li jwasslu għal kwalifika rikonoxxuta ta’ QMK Livell 6, jew;
 Istituzzjoni barra minn Malta li toffri Kwalifika ta’ Livell QMK 6.
 
Nota: Din l-iskema teskludi studenti li jkunu qegħdin jistudjaw bil-korrispondenza (kemm Full-time kif ukoll Part-Time), Korsijiet Part-Time u Korsijiet Imħallta (li jkun parti full-time u parti part-time)
 
Għall-fini ta’ din l-iskema, “kwalifika rikonoxxuta ta’ QMK Livell 6” tindika kwalifiki meqjusin bħala undergraduate jew vokazzjonali ekwivalenti f’Livell QMK 6 miċ-Ċentru Malti għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki fi ħdan il-Malta Further and Higher Educaton Authority.
 
F’din l-applikazzjoni l-istudenti jintalbu jiddikjaraw jekk ingħatawx xi Borża ta’ Studju jew Għotjiet ta’ Manteniment għall-Istudenti qabel.  Dan jista’ jaffettwa l-eliġibbilta’ tal-istudenti konċernati. Studenti għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti jekk jiġu aċċettati għal xi forma ta' ħlas minn xi istituzzjoni/entita' oħra waqt li jkunu qegħdin jirċievu l-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti .
 
L-istudenti jistgħu japplikaw minn https://studentsgrants.gov.mt/login
 
L-applikazzjonjiet onlajn jagħlqu fit-31 ta’ Diċembru 2022 f’nofsinhar, Central European Time