Sign In

L-apprentistati tal-MCAST 2021/2022

 

Studenti li jsegwu kors ta’ apprentistat iridu jissieħbu fl-Iskema ta' Apprentistat u jfittxu b'mod attiv u jżommu sponser għax inkella ma jkunux intitolati għall-Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudenti.

 

   L-apprentistati tal-MCAST huma maqsuma f'żewġ livelli:

​a. lezzjonijiet fl-MCAST, u

b. esperjenza ta’ xogħol (fuq kuntratt ta' apprentistat) mal-isponser

 

L-istudenti huma obbligati jattendu kemm għall-lekċers fl-MCAST kif ukoll fl-apprentistat tagħhom regolarment. Sabiex jiġi żgurat li l-Għotjiet tal-Manteniment tal-Istudenti jiġu kkreditati lill-istudenti fil-ħin, l-istudenti għandhom jibagħtu kopja stampata tar-rekords tal- attendenza tal-apprentistat tagħhom lid-Dipartiment responsabbli milll-apprentistat tal-MCAST kull erba’ ġimgħat kif ordnat mid-Dipartiment tal-Apprentistat. Assenzi minħabba mard għandhom ikunu koperti minn ċertifikat mediku.

 

Il-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jirriserva d-dritt li ma jikkreditax ir-rati tal-istipendju tal-istudenti, inklużi r-rati Speċjali tas-Sajf tal-Istipendju u r-rati tal-Istipendju Addizzjonali lil studenti li ma jissottomettux l-attendenza tagħhom, u kwalunkwe ċertifikat mediku kif jista’ jkun il-każ, kif mitlub, fil-ħin stipulat.

 

X'inhu l-Istipendju Speċjali tas-Sajf?

L-Istipendji Speċjali tas-Sajf huma rati ta’ stipendju kkreditati lill-Apprentisti tal-MCAST f’Settembru, Ottubru u Novembru.  Dawn ikopru l-apprentistat ma’ sponser matul ix-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru soġġetti għall-eliġibilità.

 

L-ebda ħlas ta’ Stipendju Speċjali tas-Sajf ma jsir wara tmiem Novembru tas-sena akkademika rispettiva. 

 

X'inhu Stipendju Addizzjonali?

L-apprentisti tal-MCAST jistgħu jkunu eliġibbli għal rata ta’ stipendju addizzjonali. Dan huwa rata ta’ stipendju ogħla mogħti  lil studenti li jaħdmu ma’ sponser.  Studenti li huma apprentisti jirċievu ammont pro rata tar-Rata tal-Paga Minima Nazzjonali li jiżdied mal-Għotjiet ta' Manteniment ta’ Studenti oħra.

 

Informazzjoni u Mistoqsijiet

L-Għotjiet ta’ Manteniment tal-Istudenti kollha kkreditati lill-apprentisti tal-MCAST huma kkalkulati fuq il-bażi ta’ informazzjoni mgħoddija lill-Uffiċċju tal-Istipendji tal-MCAST mid- Dipartiment tal-Apprentistat u Tagħlim Ibbażat fuq Xogħol sad-data tal-iskadenza stipulata. Huwa għalhekk importanti li kopji stampati oriġinali tar-rekords tal-attendenza jiġu mgħoddija lid-Dipartiment tal-Apprentistat u Tagħlim Ibbażat fuq Xogħol ġewwa l-MCAST fil-ħin. L-Uffiċċju għall-Għotjiet ta’ Manteniment tal-Istudenti u l-Uffiċċju tal-Istipendji ġewwa l-MCAST ma jistgħux jaċċettaw l-ebda responsabbiltà jekk ir-rekords ta’ attendenza ma jaslux fil-limiti ta’ żmien stipulati. Ħlasijiet b'lura jiġu kkreditati biss f'dati speċifiċi determinati mill-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti.

 

Apprentisti li jattendu ERASMUS

L-istudenti li jattendu għal proġett ERASMUS bħala parti mill-istudji tagħhom matul Lulju, Awwissu u Settembru għandhom jitqiesu eliġibbli għall-Istipendju Speċjali tas-Sajf u Stipendju Addizzjonali, peress li l-apprentisti fuq ERASMUS huma skużati milli jattendu mall-isponser lokali tagħhom biex ikunu jistgħu jaħdmu barra u jiksbu esperjenza f'ambjent ta’ xogħol differenti. In-numru ta’ sigħat maħduma fuq ERASMUS għandhom jiġu inklużi fl-attendenza mibgħuta lura lid-Dipartiment tal-Apprentistat.

 

Għal aktar informazzjoni dwar Stipendji Addizzjonali u Stipendji Speċjali tas-Sajf, ikklikkja HAWN​.

 ​