Navigate Up
Sign In

Studju Post-Sekondarju barra minn Malta

 

L-Onor. Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol awtorizza l-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti biex jibdew jaċċettaw applikazzjonijiet onlajn għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti mingħand studenti minn Malta li jmorru jistudjaw ġewwa istituzzjoni edukattiva barra minn Malta.

Dawn l-applikazzjonijiet, li se jintlaqgħu u se li jiġu proċessati bl-istess mod bħalma jiġu proċessati l-applikazzjonijiet onlajn l-oħra, se jirċievu approvazzjoni mingħand l-Onor. Ministru.

Il-kriterji skont l-A.L.308 tal-2016 li jirrigwarda l-eliġibbita’ tal-istudenti għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti japplikaw f’kull każ.

L-applikazzjoni onlajn għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti tinsab fil-ħolqa https://studentgrants.gov.mt/login.  Studenti ġodda għandhom jimxu mal-istruzzjonijiet onlajn dwar kif għandek tapplika għal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti.

Studenti li għadhom m’għalqux 16-il sena għandhom bżonn formola ta’ kunsens.  Din timtela mill-ġenitur/i jew gwardjani legali tal-istudent/a, u trid tittella’ fl-applikazzjoni onlajn.

 

l-formola ta’ kunsens tistgħu issibuha hawn:

http://education.gov.mt/en/Pages/SMGBStipends/SMGB-Under-16.aspx​​

Fl-applikazzjoni onlajn, l-applikanti għandhom idaħħlu d-dettaji dwar il-kors ta’ studju tagħhom.  Fil-lista tal-għażliet, l-istudenti għandhom jagħżlu bejn Commencing their course of studies jew Promoted in their course, skont jekk humiex qegħdin jibdew il-kors jew ikompluh.   Għandhom ukoll jindikaw is-sena ta’ studju permezz tan-numru fejn jintalbu jagħżlu s-sena.  Imbagħad għandhom jagħżlu United World College/ Foreign Post Secondary Institutions meta jintalbu jagħżlu l-isem tal-istituzzjoni edukattiva, u International Baccalaureate / European Baccalaureate fl-isem tal-kors ta’ studju.

Fl-applikazzjoni onlajn, flimkien ma’ Ċertifikat ta’ Tmiem l-Iskola Sekondarja, l-istudenti għandhom itellgħu dokument bħala prova tal-attendenza f’dik l-istituzzjoni.

L-ebda applikazzjoni ma tiġi ipproċessata wara t-30 ta’ Ġunju.