Sign In

Studenti taħt is-16-il sena

Studenti li ma jkunux għalqu 16-il sena sad-data meta jibagħtu l-applikazzjoni onlajn għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, se jkollhom bżonn formola ta’ kunsens. Tiġi aċċetta biss il-formola uffiċjali li tista’ titniżżel minn hawn.

 

Din il-formola għandha tiġi ipprintjata u iffirmata mill-ġenitur/gwardjan legali tal-istudent, u għandha tittella’ fl-applikazzjoni onlajn tal-istudent f’format pdf jew jpeg.

 

Applikazzjonijiet li jibqgħu mingħajr il-formola tal-kunsens meta din tkun meħtieġa ma jistgħux jiġu proċessati, u jerġgħu jintbagħtu lura sakemm kopja ta' din il-formola in tiżdied mad-dokumenti fl-applikazzjoni.

 

Il-kunsens li jingħata jista’ biss jiġi irtirat bil-miktub.  It-talba trid tiġi indirizzata lill-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, Kamra 207, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Florjana.

 

L-ebda dokument m’għandu jintbagħat bil-posta jew bl-ijmejl.