Navigate Up
Sign In

Ħlas ta’ Ammonti Żejda


Minn żmien għal żmien, studenti jistgħu jintalbu jirrifondu ammonti ta’ Għotjiet ta’ Manteniment li jkun ġie kkeditat lilhom.

 

Studenti li għandhom ammount pendenti mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jintalbu jirrifondu flus jkunu irċevew skont kif jintalbu mill-Uffiċċju tal-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti u wara li jirċievu avviż ta’ ħlas żejjed mill-istess uffiċċju.

 

Xi raġunijiet li għalihom student jista’ jintalab jirrifondi ammont ta’ flus jinkludu, imma mhumiex limitati għal:

 

a. Fondi li jkunu tħallsu bi żball lill-istudent minkejja li jkunux eliġibbli għalihom;

b. Ksur tar-Regolamenti tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, inkluż il-limitu ta’ 20 siegħa xogħol part-time (f’każ bħal dan kemm l-istipendji kif ukoll l-għotjiet l-oħra jridu jiġu rifużi);

ċ. Studenti li jirriżenjaw mill-kors, ma jġibux marki sodisfaċenti, ma jkomplux il-kors  jew ma jiġux promossi;

d. Studenti li jabbandunaw il-kors mingħajr ma jirriżenjaw (f’każ bħal dan l-istipendji u l-għotjiet imħallsa tul is-sena akkademika jridu jiġu rifużi)

 

L-istudenti għandhom jinnutaw li, meta jissottomettu l-applikazzjoni onlajn għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, ikunu qegħdin jintrabtu li, fi żmien ġimgħa mir-riżenja,  jinformaw lill-Uffiċċju tal-Istipendji rispettiv.

 

Kif Tista’ Tħallas:

a.    Bi Flus Kontanti:  Tista’ tmur f’kull fergħa ta’ Maltapost plc ġewwa Malta u Għawdex.  Din l-ittra għandha tintwera mal-ħlas.

b.   Permezz ta’ Ċekk:  Ċekkijiet għandhom jiġu indirizzati lil Maltapost plc, Kaxxa Postali 500, Il-Marsa MTP 1001.  Fuq wara taċ-ċekk, għandhom jitniżżlu isem u kunjom l-istudent/a, in-Numru tar-Riferenza u n-Numru tal-Karta tal-Identita’. Kopja tan-notifika ta’ ħlas żejjed għandha tiġi ippreżentata maċ-ċekk.

 

Meta jsir il-ħlas, Maltapost se toħroġ irċevuta.  Navżaw lill-istudenti kollha li din hija l-irċevuta uffiċjali u għandha tinżamm.

 

Studenti li għandhom ammont pendenti li jridu jħallsu jistgħu jilħqu ftehim mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u  x-Xogħol rigward il-proċess tal-ħlas tal-ammont dovut.  Nitolbukom iċċemplu 153 u tagħmlu appuntament mas-Sur Simon Farrugia. 

 

L-ammont dovut għandu jitħallas kollu sal-bidu tas-sena akkademika li jkun imiss.

 

Studenti ma jistgħux jitqiesu eliġibbli biex jirċievu l-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jekk ma jkunux ħallsu l-ammont dovut kollu.

 

L-Applikazzjoni Onlajn

Studenti li jkunu ħallsu ammonti ta’ ħlas żejda, jew li jkunu laħqu ftehim ta’ ħlas mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, għandhom itellgħu kopja elettronika tal-irċevuta fl-applikazzjoni onlajn mill-aktar fis.​