Navigate Up
Sign In

Studenti ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropeja u dawk li m’għandhomx kont tal-e-ID, u każijiet speċjali

Studenti li jirrisjedu f’pajjiż barra l-Unjoni Ewropeja u studenti oħrajn Ii, għal xi raġuni, ma jistax ikollhom kont tal-e-ID, u li ma jistgħux jibagħtu applikazzjoni onlajn, għandhom iniżżlu u jimlew applikazzjoni mill-websajt li tinsab hawn​.  Din il-verżjoni tal-applikazzjoni għandha tintuża f’każijiet ġenwini biss, u m’għandha qatt tintuża minn studenti li għandhom kont tal-e-ID.

Meta student japplika bl-applikazzjoni stampata, importanti li jekk jiġi provdut kont tal-e-ID, dan għandu jerġa' japplika onlajn u jdaħħal rimarka fl-applikazzjoni onlajn li diġa jkun għamel applikazzjoni stampata.


L-applikazzjoni oriġinali, li trid timtela b’ittri kbar u tiġi iffirmata fiż-żewġ paġni mill-applikant, għandha tinġab flimkien mad-dokumenti rikjesti fl-EduServizz li jisnsab fil-binja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Triq l-Assedju Kbir, il-Florjana, sal-31 ta' Diċembru 2021. 

Studenti li jdaħħu l-aplikazzjoni stampata tagħhom wara l-31 ta' Diċembru 2021 jirċievu stipendji u Għotjiet pro rata, jekk jinsabu eliġibbli.

 

Dokumenti Obbligatorji li l-istudenti kollha jridu juru:

 

a. Verżjoni riċenti tal-Lista tal-Impjiegi maħruġa minn Jobsplus (din tista’ titniżżel minn www.jobsplus.gov.mt;


Tgħallem kif tniżżel il-Lista tal-Impjiegi billi tikklikkja hawn:

https://www.youtube.com/watch?v=-ZTH64KVNq8 [MT]

https://www.youtube.com/watch?v=6crfnVHQXqY [EN] 

 

  Studenti li qatt ma ħadmu u li m'għandhom l-ebda rekord ta' impjiegi ma' Jobsplus, xorta jridu jniżżlu l-Lista tal-Impjiegi (li ma jurix impjiegi) mill-istess sit ta' Jobsplus.

Studenti tal-Ewwel Sena se jkollhom bżonn ukoll:


b. kopji tal-paġni kollha taċ-Ċertifikat ta’ Tmiem l-Iskola; u

ċ. dokumenti li juru li l-istudent ilu jirrisjedi ħames snin hawn Malta qabel id-data tal-applikazzjoni.


NOTI IMPORTANTI:

 

Studenti li jirrisjedu f’pajjiż barra l-Unjoni Ewropeja għandhom japplikaw għal Eżenzjoni mill-Miżati tal-Iskola.  Eżenzjoni uffiċjali għandha tintalab billi jikkuntattjaw lis-Sur Victor Agius fuq 2598 2260 jew permezz tal-ijmejl fuq victor.b.agius@gov.mt.   Studenti jistgħi jirrikorru direttament it-Taqsima għall-Eżenzjonijiet mill-miżati tal-Iskejjel tal-Istat fil-binja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Livell 2, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Florjana

 

a. Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti  jirriserva d-dritt li jivverifika informazzjoni u dokumenti li l-istudenti jkunu ipprovdew, u li jitlob aktar dokumentazzjoni fejn meħtieġ, jekk tinħass il-ħtieġa waqt l-assessjar ta’ każijiet partikolari.

b. Studenti li jirrisjedu barra l-Unjoni Ewropeja jistgħu jintalbu jipprovdu prova oħra ta' nazzjonaiita' minbarra l-kopji tal-Karta tal-Identita/Permess tar-Residenza validu (minn quddiem u minn wara), prova dokumentarja li l-applikant ilu ħames snin residenti f'Malta qabel id-data tal-applikazzjoni (għal studenti tal-ewwel sena).