L-applikazzjonijiet jinsabu magħluqin.
Opportunitajiet
ta’ Xogħol fis-Sajf għall-Istudenti 2020
Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti (SMBG), fi ħdan
il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol b’kollaborazzjoni mal-Istitut
tas-Servizzi Pubbliċi fid-Diviżjoni Dwar Nies u Standards
fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qiegħed jistieden
l-istudenti li qegħdin jistudjaw full-time fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom jew
spiċċaw l-skola obligatorja sekondarja biex jappikaw għall-proviżżjoni ta’
opportunità ta’ xogħol fis-sajf għall-istudenti 2020.
Min jista’ japplika
Studenti full-time li temmew l-iskola sekondarja obligatorja inkluz dawk li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom (Form V/Year 11).
L-istudenti li jridu
jagħmlu xogħol obbligatorju tul is-sajf bħala parti mill-kors ta’ studju
tagħhom ma għandhomx japplikaw għal dak ix-xogħol
obligatorju.
L-Applikazzjoni Onlajn
Studenti
li huma interessati li japplikaw, għandhom jimlew l-applikazzjoni onlajn f’ https://edurecruitment.gov.mt/ u jehemżu kopja taż-żewġ naħħat tal-kartà tal-Identità.
Studenti
li ser itemmew l-iskola sekondarja obligatorja f’din is-sena skolastika, iridu
jehemżu ukoll dikjarazzjoni iffirmata mill-kap tal-iskola rispettiv. Studenti li ma jissottomettux l-informazzjoni kollha rikjesta korretta, inkluz id-dokumenti mitluba, jistgħu
jiġu skwalifikati minn din l-iskema.
L-Applikazzjoni għall-Opportunitajiet ta' Xogħol fis-Sajf terġa tinfetaħ għall-applikazzjonijiet tard mill-4 ta’ Mejju sal-15 ta’ Mejju 2020 f’nofsillejl.
Fażijiet ta’ Xogħol
Studenti
għandhom jagħtu l-preferenza ta’ liema fażi jixtiequ jaħdmu (ara t-tabella aktar ‘l isfel). L-istudenti jistgħu japplikaw għaż-żewġ fażijiet ta'
xogħol billi japplikaw darbtejn f'applikazzjoni
separata. Studenti li jistgħu jkollhom il-fażi
tax-xogħol estiz skont il-ħtieġa ta’ min iħaddem u wara l-approvazzjoni tal-Bord ta’ Manteniment, iridu jimlew formola oħra
tal-Ingaġġ u tat-Tmiem tal-Jobsplus biex tkopri l-perjodu li żdied.
L-Ewwel
Fażi
|
Mill-13 ta’ Lulju 2020 sas-7 ta’ Awwissu 2020
|
It-Tieni
Fażi
|
Mis-17 ta’ Awwissu 2020 sal-11 ta’ Settembru
2020
|
Ħlas u Drittijiet
Ir-rata
ta’ ħlas għal dan ix-xogħol hija ta’ €6.69 fis-siegħa, maħduma skont l-Skala tas-Salarju 16 tas-Servizz Pubbliku. L-istudenti li jidħlu għal din l-iskema huma
intitolati għal kull fażi għal dan
li ġej:
Assenza
Skużata
|
7
sigħat
|
Bonus
u Suppliment tad-Dħul
|
€19.71
|
Assenza
Minħabba Mard
|
Jumejn
b’paga sħiħa
Jumejn
b’nofs paga
|
Jobsplus
L-istudenti
għandhom jaċċertaw ruħhom li, meta jkunu ingħataw impjieg, l-impjieg tagħhom
ikun ġie reġistrat ma’ Jobsplus permezz ta’ Formola tal-Bidu tal-Impjieg skont
l-Avviż Legali 110/1993. Il-formola ta’ Tmiem l-Impjieg trid timtela
meta l-impjieg jispiċċa.
Jekk
il-Formola ta’ Tmiem l-Impjieg ma timteliex,
l-informazzjoni li tkun tidher fid-dokument Employment History tal-istudent
tista’ ma tkunx korretta.
Organizzazzjonijiet tal-Istudenti
Nilqgħu
ukoll applikazzjonijiet mingħand studenti li jixtiequ jaħdmu ma’
Organizzazzjoni tal-istudenti f’istituzzjonijiet edukattivi.
Organizzazzjonijiet
tal-Istudenti jridu jkunu reġistrati skont iċ-ċirkulari MEDE Opportunita’ tax-Xogħol tas-Sajf 2020. Proġetti magħmulin minn studenti fi ħdan
Organizzazzjoni tal-Istudenti jridu jkunu approvati mill-Bord ta’ Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti,
kif stipulat fiċ-Ċirkulari MEDE Ii tirregola L-Opportunitajiet
ta’ Xogħol tas-Sajf għall-Istudenti.
Noti Oħra:
a. L-istudenti
jirċievu l-Bonus u benefiċċji oħra, bħal Assenza Skużata u Assenza Minħabba
Mard (wara li jiġi ppreżentat ċertifikat tal-Mard) fuq bażi pro rata.
b. Sigħat ta’ Assenza skużata li ma jittiħdux
sal-aħħar tal-fażi tax-Xogħol ma jiġux rifużi.
ċ. Studenti
ġejjin minn barra mill-Unjoni Ewropeja għandhom jiċċekkjaw li għandhom permess
validu biex jaħdmu hawn Malta.
d. Din l-applikazzjoni onlajn hija maħsuba għall-Opportunitajiet ta’ Xogħol fis-Sajf għall-Istudenti, u ma tistax tiġi kkonsidrata għal skemi oħra.
e. Studenti
li temmew l-iskola obligatorja sekondarja, iridu jotjenu dikjarazzjoni mill-kap
tal-Iskola rispettiv biex jikkonfermaw li temmew il-Form V u li rreġistraw mas-Sigurtà Soċjali għal fini tal-bolla,
qabel ma jibdew il-fażi tagħhom.