Sign In


Kampanja Aqra fis-Sajf 2021


Ħarsa Ġenerali

 

Esperjenza ta’ Xogħol fis-Sajf

 

Bħala parti mill-kampanja nazzjonali tal-qari Aqra fis-Sajf, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu se torganizza programm ta’ litteriżmu fis-sajf 2021.

 

Uffiċjali ta’ Aqra fis-Sajf se jkunu qegħdin joffru sapport fil-programmi u l-inizjattivi tal-Aġenzija. L-uffiċjali se jkunu qegħdin joħolqu riżorsi edukattivi, jagħmlu xogħol klerikali/amministrattiv, u jiġbdu u jeditjaw filmati ta’ sessjonijiet ta’ qari. Dawn l-uffiċjali se jkunu qed jaħdmu bejn it-08:30 u n-12:30, għat-tul kollu tal-kampanja. L-uffiċjali se jkunu qegħdin jaqdu dmirijiethom milll-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, il-Ħamrun.

 

 

Applikazzjoni Online


L-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti qed jilqa’ applikazzjonijiet mingħand studenti full-time li jkunu għalqu s-16-il sena sad-data tal-għeluq tal-applikazzjoni online. Il-postijiet għal din l-esperjenza ta’ xogħol huma limitati u preferenza ser tingħata lil studenti ħadmu f’kampanji t’Aqra fis-Sajf li għaddew.

 

L-applikazzjoni online tinsab fil-ħolqa https://edurecruitment.gov.mt/


L-applikazzjonijiet jiftħu bejn il-Ġimgħa, 23 ta’ April 2021 f’nofsinhar u jagħlqu  l-Ġimgħa,  21 ta’ Mejju 2021 f’nofsinhar.

 

Studenti interessati li japplikaw bħala Uffiċjali ta’ Aqra fis-Sajf mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu għandhom jimlew l-applikazzjoni online u jtellgħu kopja tal-Karta tal-Identità tagħhom minn wara u minn quddiem.

L-istudent jista’ jiġi skwalifikat minn din l-iskema jekk ma tingħatax informazzjoni tajba jew kollha, jew ma jingħatax id-dokument mitlub sad-data tal-għeluq.

   

L-Uffiċjali ta’ Aqra fis-Sajf għandhom ikollhom ħakma tajba tal-Malti u tal-Ingliż, kif ukoll attitudni pożittiva lejn il-litteriżmu.  L-uffiċjali magħżula jridu jiffirmaw il-kuntratt tal-impjieg qabel jibdew is-sessjonijiet ta’ qari.

 

Ħlas u Intitolament


Il-ħlas għal dan ix-xogħol huwa stabbilit għar-rata ta’ €6.88, li hija r-rata ta’ salarju ta’ Skala 16 tas-Servizz Pubbliku. Studenti li jaħdmu f’din il-kampanja jkunu intitolati wkoll għal li ġej:

 

L-Ewwel Fażi : 12 ta’ Lulju 2021 sas-6  ta’ Awwissu 2021


Assenza Approvata

7 sigħat

Bonus

€20.72

Suppliment tad-Dħul

€18.59

Assenza minħabba Mard

Jumejn bi ħlas sħiħ

Jumejn b’nofs ħlas

 

It-Tieni Fażi : 9 ta’ Awwissu 2020 sat-3 ta’ Settembru 2021


Assenza Approvata

7 sigħat

Bonus

€19.24

Suppliment tad-Dħul

€17.26

Assenza minħabba Mard

Jumejn bi ħlas sħiħ

Jumejn b’nofs ħlas

 

Noti Oħra:

1.     Studenti jirċievu l-Bonus u s-Suppliment tad-Dħul u benefiċċji oħra, bħal sigħat ta’ assenza approvata, assenzi minħabba mard (wara li jkun ġie preżentat ċertifikat tal-mard) fuq bażi pro rata.

2.     Sigħat ta’ assenzi approvati li ma jittiħdux sal-aħħar ta’ kull fażi ma jiġux rifużi.

3.     Studenti għandhom jikkonfermaw li l-impjieg tagħhom jiġi reġistrat mal-Korporazzjoni Jobsplus permezz tal-Formola tal-Bidu tal-Impjieg skont l-Avviż Legali 110/1993.  Il-formola ta’ Tmiem tal-Impjieg trid timtela meta tispiċċa l-Fażi.

4.     Din l-applikazzjoni hija biss għall-kampanja Aqra fis-Sajf u ma tiġix ikkonsidrata għal skemi oħra.

5.     Għal aktar tagħrif u dettalji, l-istudenti għandhom jikkuntattjaw lis-Sur Daniel Cini, Senior Manager, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fuq 2598 2993.​

​​​