Għotjiet
ta’ Manteniment lill-Istudenti – Mistoqsijiet Popolari
Fejn
nista’ napplika għall- e-ID?
Il-kontijiet tal-e-ID huma maniġġjati minn Identity Malta – żur il-websajt
tagħhom hawn.
Studenti li m’għandhomx kont tal-e-ID għandhom iċemplu
25904300 jew jibagħtu ijmejl fuq info@mygov.mt.
Informazzjoni dettaljata dwar l-e-ID tista’ tinstab
fis-sit mygov.mt
X’għandi
nagħmel jekk insejt il-passwerd tal-e-ID jew nixtieq nibdilha?
Studenti għandhom jidħlu fil-websajt tal-Identity Malta
(mygov.mt)
u jikklikkjaw fuq il-ħolqa Forgot your Password? li tinsab fuq ix-xellug. Studenti jistgħu ukoll iċemplu fl-uffiċċji
tal-Identity Malta u jitolbu passwerd ġdida.
Istruzzjonijiet biex tinbidel il-passwerd jintbagħtu permezz ta’ ijmejl
fl-indirizz indikat fil-kont tal-e-ID.
Nixtieq
nibdel xi ħaġa fl-applikazzjoni tiegħi għall-Għotjiet ta’ Manteniment
lill-istudenti. X’għandi nagħmel?
Studenti li jkollhom bżonn jibdlu xi ħaġa fl-applikazzjoni
onlajn wara li jkunu bagħtuha, jistgħu jerġgħu jjaċċessawha bl-e-ID u l-passwerd. Ikunu jistgħu jagħmlu xi tibdil, fosthom
in-numru tal-kont bankarju (IBAN). Mhux
l-informazzjoni kollha tista’ tinbidel. Meta t-tibdiliet
kollha jkunu saru, l-istudenti jridu jikklikkjaw il-buttuna Submit.
Jiena biddilt il-kors. Xorta se nibqa’ nirċievi l-istipendju?
Studenti li jibdlu
l-kors tul is-sena akkademika jridu joħolqu għażla oħra (Course Option)
fl-applikazzjoni tagħhom. Din issir
billi l-istudenti jaċċessaw l-applikazzjoni onlajn u jikklikkjaw il-buttuna Add
Course. Id-dettalji tal-kors
il-ġdid għandhom jiġu mdaħħlin. Membri
tal-istaff jipproċessaw l-għaża l-ġdida li tkun saret, u jirrifjutaw l-għażla
l-qadima.
X’inhu
l-IBAN, u minn fejn nista’ nġibu?
L-IBAN huwa International
Bank Account Number. Huwa magħmul
minn 31 karattru alfanumeriku,
u spiss jinstab fid-dokumenti
li jintbagħtu mill-bank. L-IBAN
jista’ wkoll
jinġieb mis-servizzi
onlajn li joffru l-banek kummerċjali, jew billi tirrikorru fi
kwalunkwe fergħa
tal-bank tiegħek. Hemmhekk, jista’
jintalab l-IBAN li fih il-flus għandhom jiġu kreditati. L-istudenti huma mitluba jiċċekkjaw li l-IBAN jitniżżel korrettament fl-applikazzjoni
onlajn.
X’
dokumenti għandi ntella’ fl-applikazzjoni onlajn għall-Għotjiet ta’ Manteniment
lill-istudenti?
Studenti tal-Ewwel Sena li jkunu qed jistudjaw f’Istituzzjoni
Post-Sekondarja u fl-MCAST għandhom itellgħu il-paġni kollha taċ-Ċertifikat ta’
Tmiem l-Iskola.
L-istudenti kollha għandhom itellgħu id-dokument
Employment History maħruġ minn Jobsplus.
Dan jista’ jitniżżel onlajn minn jobsplus.gov.mt wara li tilloggja
fil-websajt ta’ Jobsplus bl-e-ID u l-passwerd.
Għalfejn
għandi bżonn ħafna dokumenti għall-applikazzjoni għall-Għotjiet Supplimentari?
Applikazzjonijiet għal-Għotjiet ta’ Manteniment
Supplimentari jitolbu iktar assessjar u iċċekkjar minn applikazzjonijet
għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, minħabba li jridu jiġu
iċċekkjati id-dħul totali fid-dar, impjiegi u fatturi oħra qabel ma tingħata
din l-għotja.
Applikazzjonijiet onlajn għall-Għotjiet ta’ Manteniment
Supplimentari jibqgħu pendenti jekk l-istudenti ma jipprovdux id-dokumenti
mitluba.
Kif nista’ nappella deċiżjoni li
tkun ittieħdet?
Studenti li
jixtiequ jressqu l-każ tagħhom quddiem il-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment
lill-Istudenti għandhom jagħmlu dan bil-miktub u jipprovdu dokumentazzjoni dwar
il-każ tagħhom. Kull komunikazzjoni għandha tiġi mibgħuta fuq l-ijmejl maintenancegrants.mede@gov.mt jew tintbagħat bil-posta lill: Is-Sa Josette Sant, Iċ-Ċerpersin, Bord
tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, Kamra 207, Triq l-Assedju l-Kbir,
il-Florjana VLT2000.
Il-Bord jirriserva d-dritt li jivverifika l-informazzjoni mibgħuta u /jew
jitlob aktar informazzjoni, skont il-bżonn.
X'jiġri
jekk ma nattendix għal-lekċers?
Studenti li jsegwu studji f'istituzzjonijiet
post-sekondarji u l-MCAST għandhom l-istipendju tagħhom imnaqqas skont
l-assenteiżmu rreġistrat mill-istituzzjonijiet relattivi. L-istudenti għandhom
jikkonsultaw ir-Regolamenti tal-Istituzzjonijiet fir-rigward ta’
attendenzi u ż-żamma ta’ rekords
ta’ attendenza.
L-istudenti jridu jinnutaw li, għall-finijiet tal-Għotjiet ta’ Manteniment lilll-Istudenti, huma intitolati għal
15-il ġurnata assenza minħabba mard
kopert bi ħlas, kull
sena akkademika, wara li jiġu ippreżentati ċertifikati ta’ mard lill-istituzzjoni edukattiv. Ħlas għal perjodu li
jaqbeż il-15-il ġurnata għandu
jkun awtorizzat espressament mill-Bord tal- Għotjiet ta’ Manteniment lilll-Istudenti billi tintbagħat imejl fuq maintenancegrants.mede@gov.mt fejn tigi spjegata is-sitwazzjoni u tintbagħat evidenza permezz ta dokumenti.
Meta
nipprova nidħol fl-applikazzjoni
għall-Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudenti tiegħi, qed jitla’ messaġġ Access Denied.
Għalfejn?
Int qed tirċievi dak il-messaġġ minħabba kunflitt fl-logins.
Biex taċċessa l-applikazzjoni tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti, uża l-buttuna oranġjo
taħt l-istampi fil-paġna ewlenija (education.gov.mt/studentsgrants).
Tużax il-ħolqa ll-ħamra li hemm kantuniera fuq nett, fil-lemin
tal-paġna.
Jekk hemm ismek
fil-kantuniera ta' fuq tal-lemin, ikklikkja Log Out minn hemm l-ewwel. U mbagħad illoggja fl-applikazzjoni
tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti billi tuża l-buttuna oranġjo.
Fejn
nista nikkomunika mal-membri tal-istaff tal-Uffiċċju tal-Istipendji?
L-iktar mod sigur biex tikkomunika magħna huwa permezz tal-applikazzjoni onlajn stess. Fl-applikazzjoni
onlajn, fir-rokna ta’ fuq
fil-lemin hemm
ħolqa Ikkuntattjana jew Contact
Us. Dan jiftaħ kaxxa
fejn l-istudenti jistgħu jibagħtu ijmejls b'mod sigur lit-tim
tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti.
Komunikazzjoni
tintbagħat lura lill-istudent għall-indirizz elettroniku speċifikat
fl-applikazzjoni online.
Barra minn hekk,
it-Tim tal-Għotjiet
għall-Manutenzjoni tal-Istudenti jamministra l-indirizz elettroniku maintenancegrants.mede@gov.mt.
Madankollu, biex il-komunikazzjoni tkun konformi mar-Regoli Ġenerali
għall-Protezzjoni tad-Data, l-istudenti
se jintalbu għal kopji elettroniċi tal-karta
tal-identità tagħhom qabel ma jiġu pprovduti u informazzjoni personali.
Għandi
bżonn nitkellem direttament ma’ xi ħadd mill-istaff fl-Uffiċċji tal-Istipendi. Liema
numri għandi nuża?
Il-komunikazzjoni kollha bit-telefown hija mmaniġġjata
minn uffiċjali tal-EduServizz.gov One Stop Shop. Skont il-politika adottata mid-Dipartimenti
kollha tal-Gvern, il-membri tal-pubbliku ma jistgħux jikkomunikaw direttament
ma’ membri individwali
tal-istaff. Il-Freephone 153 jintuża
għall-mistoqsijiet kollha relatati ma' Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti. Uffiċjali tal-EduServizz.gov One Stop Shop huma
inkarigati li jwieġbu telefonati,
jipprovdu kjarifiki u jgħinu lill-istudenti u lill-membri tal-pubbliku ġenerali b’mod
privat u individwali.
X'għandi
nagħmel jekk
għandi bżonn għajnuna biex nimla
l-applikazzjoni onlajn
tiegħi?
Uffiċjali tal-EduServizz.gov One Stop Shop joffru għajnuna
kontinwa lil studenti u membri tal-pubbliku mill-binja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Triq l-Assedju l-Kbir, il-Furjana
waqt il-ħin tal-uffiċċju. Idealment, studenti li jiġi fil-Ministeru għandhom jaraw li jkollhom kopji kollha
tad-dokumentazzjoni meħtieġa.