Sign In

Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti

 

 

Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti huwa magħmul minn disa’ membri, li jinħatru kull sena mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

 

Dott. Romina Cuschieri        Ċerpersin

Is-Sur Charles Cilia               Segretarju

Is-Sur Godfrey Testa            Rappreżentant tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Is-Sur Victor Grech               Rappreżentant  tal-Ministeru tal-Finanzi 

Dott. Inġ. Chris Micallef        Rappreżentant ta’ Jobsplus

Is-Sna Romina Sammut        Rappreżentanta tar-Rettur tal-Universita’ ta’ Malta

Is-Sur Josef Buttigieg            Rappreżentant tas-CEO tal-MCAST

Is-Sur Ahmed Lamlum          Rappreżentant tal-KSM

Is-Sur Matthew Xuereb         Rappreżentant tal-KSU

 

 

Proċeduri u Dmirijiet

 

Il-funzjonijiet ewlenin tal-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti huma dawn li ġejjin:

 

a. jimmaniġġa u jimmonitorja l-allokazzjoni effettiva u l-ħlas tal-Għotjiet ta’ Manteniment fil-kontijiet bankarji tal-istudenti;

 

b. joffri linji gwida u jirrevedi l-proċeduri li jintużaw fl-istadji kollha li jwasslu biex l-istudenti jirċievu l-Għotjiet ta’ Manteniment;

 

ċ. jistabilixxi kriterji biex ikun jista’ jassessja u jekk ikun hemm bżonn, jirrevedi l-ħlas ta’ Għotjiet ta’ Manteniment Supplimentari ta' studenti eliġibbli;

 

d. iħaddem, jassessja u jimplementa skemi oħra li l-Onor. Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jista’ jniedi minn żmien għal żmien;

 

e. jipproċessa rapporti u/jew komunikazzjoni mressqa milll-istituzzjonijiet edukattivi u juża sanzjonijiet meta r-rekwiżiti minimi ma jintlaħqux;

 

f. jissorvelja l-proċess ta’ ħlasijiet u jieħu azzjoni biex jinġabar l-ammont ta’ Għotjiet ta’ Manteniment li jkun tħallas żejjed;

 

ġ. li jirrakkomanda tibdiliet f’politika li diġa’ teżisti biex titjieb il-kwalita’ ta’ għajnuna li l-istudent jirċievi.

 

 

Il-Bord huwa responsabbli li joffri gwida għal każijiet sui generis u biex jinħarġu memos dwar proċeduri li jridu jiġu segwiti.

  

 

Laqgħat tal-Bord

 

Jinżammu dejjem il-minuti tal-laqgħat tal-Bord.  Dawn jiġu iffirmati kemm miċ-Ċerpersin kif ukoll mis-Segretarju tal-Bord.  Minħabba konsiderazzjonijiet ta’ Protezzjoni tad-Data, il-minuti tal-laqgħat ma jistgħux jiġu pubblikati, imma jinżammu fl-Uffiċċju tal-Bord għall-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti għar-riferenza u biex jiġu implementati.

 

Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti jaħdem id f’id mal-Uffiċċju tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti.  F’dan l-uffiċċju tintlaqa’ l-korrispondenza u ssir il-komunikazzjoni skont il-bżonn.

 

Il-Bord tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti dejjem jistinka biex jimplementa miżuri li jħaffu u jtejbu l-esperjenza tal-istudenti meta japplikaw biex jirċievu l-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti.

 

Deċiżjonijiet li jintlaħqu jintbagħtu bil-posta lill-istudent u jiġu mgħoddija lill-Uffiċċju tal-Istipendji rispettiv.