Sign In

Ħarsa Ġenerali

NOTA: F'dawn il-paġni ta' informazzjoni, għal skopijiet ta’ ċarezza, ġew inkużi termini li jirreferu għal ġeneru wieħed.  Fejn ir-riferenzi jindikaw ġeneru wieħed, dawn il-paġni għandhom jiġu mifhuma li qegħdin jirreferu għall-ġeneri kollha.

 

Ħarsa ġenerali - Eliġibilità – Applikazzjoni - Intitolamenti - Dati tal-Ħlas tal-Istipendji – Ħlasijiet


Stipendji u Għotjiet għall-Istudenti huma pprovduti mill-Gvern ta' Malta lil studenti li jattendu f'Istituzzjonijiet Edukattivi Post-Sekondarji, Vokazzjonali u Terzjarji approvati. Stipendji u Għotjiet għall-Istudenti huma regolati mil-Leġislazzjoni Sussidjarja 605.06. Din il-leġiżlazzjoni tiddetermina wkoll l-eliġibilità tal-applikanti.

 

L-istudenti huma mħeġġa japplikaw onlajn bejn it-30 ta’ Settembru u l-31 ta’ Diċembru 2022 sabiex jibbenefikaw minn Stipendji u Għotjiet mill-bidu tas-sena akkademika rispettiva. L-istudenti li jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom onlajn wara l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena akkademika rispettiva jkunu kkunsidrati eliġibbli għal Stipendji u Għotjiet mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom.

 

Studenti ġodda, studenti li jibdlu l-kors u/jew istituzzjoni, studenti li qegħdin jirrepetu, u studenti f’sena addizzjonali jew ta’ estensjoni għandhom japplikaw għall-Istipendji u Għotjiet tal-Istudenti billi jissottomettu applikazzjoni onlajn fil-bidu tas-sena akkademika billi jużaw l-e-ID u l-password tagħhom permezz ta' din il-link:

https://education.gov.mt/en/studentsgrants/Pages/default.aspx

 

L-Istudenti promossi huma mitluba jaċċessaw l-applikazzjoni onlajn tagħhom biex jikkonfermaw id-dettalji diġà mimlija tal-kors tagħhom u dettalji personali oħra billi jużaw l-e-ID u l-passwerd tagħhom fil-bidu tas-sena akkademika rispettiva iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, sabiex jibbenefikaw  għal Stipendji u Għotjiet mill-bidu tas-sena akkademika rispettiva. Studenti li jikkonfermaw l-applikazzjoni onlajn tagħhom wara l-aħħar ta’ Diċembru 2022 se jitqiesu eliġibbli għal Stipendji u Għotjiet mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom.

 

Kriterji ta' Eliġibilità

 

Biex l-istudenti jibbenefikaw minn Stipendji u Għotjiet huma għandhom: -

 

·       Ikunu Ċittadini Maltin, jew ikollok mill-inqas ġenitur wieħed li jkun Ċittadin Malti; jew tkun ċittadin ta’ stat tal-Unjoni Ewropea/Żona Ekonomika Ewropea jew membru tal-familja ta’ tali ċittadin tal-Unjoni Ewropea/Żona Ekonomika Ewropea (sakemm dik il-persuna tkun kisbet residenza permanenti f’Malta; jew tkun ċittadin ta’ stat tal-Unjoni Ewropea/Żona Ekonomika Ewropea). li qiegħed f’Malta jeżerċita d-drittijiet tiegħu/tagħha tat-Trattat bħala ħaddiem, persuna li taħdem għal rasha jew persuna li żżomm tali status; jew tkun Ċittadin ta’ Pajjiż Terz li ngħata status ta’ refuġjat/residenza fit-tul.

·       Ikunu residenti f'Malta għal perjodu ta' mhux inqas minn 5 snin immedjatament qabel il-bidu tal-kors ta' studji rispettivi. Iżda għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżit ta’ 5 snin, ma għandhiex tingħata konsiderazzjoni għal dak il-perjodu ta’ żmien li matulu l-istudent, skont dan ir-Regolament, kien ikun jgħix barra minn Malta minħabba trattament mediku jew xi skop ieħor li l-Bord. jistgħu jqisu aċċettabbli.

·       Temmew it-terminu tal-edukazzjoni obbligatorja tagħhom.

·       Jattendu l-kors ta' studji rispettivi tagħhom regolarment u qed jagħmlu progress sodisfaċenti.

·       Mhumiex f'impjieg full-time.

·       Huma f'impjieg part-time li ma jaqbiżx il-25 siegħa ta’ xogħol fil-ġimgħa.

·       Javvanzaw fil-livell ta' studji tagħhom. Il-progress tal-livell tal-istudji għandu jiġi determinat skont il-livelli tal-Qafas ta’ Malta tal-Kwalifiki kif stabbilit miċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki ta’ Malta jew kwalunkwe korp kompetenti ieħor.

 

Kif tapplika

 

Dan t’hawn taħt huwa gwida għall-applikazzjoni onlajn tal-Istipendji u l-Għotjiet:

 

Paġna 1: Din il-paġna fiha d-dettalji personali tiegħek. Kun żgur li dawn huma korretti. Ikollok bżonn ukoll timla l-IBAN. Huwa magħmul minn 31 karattru alfanumeriku.

 

Paġna 2: Ikklikkja l-mistoqsijiet kollha u imla d-dettalji kollha tal-kors tiegħek. Żgura wkoll li timla mill-inqas oġġett wieħed fit-taqsima tal-Edukazzjoni / Lista tal-Impjiegi.

 

Paġna 3: Din il-paġna hija relatata mal-Għotjiet Supplimentari. Ikklikkja Iva għall-mistoqsija dwar Supplimentari u agħżel raġuni għaliex qed titlob Supplimentari.

 

Paġna 4: Hawnhekk se ttella' l-fajls mitluba. Se jkollok bżonn Il-Lista tal-Impjiegi ta’ Jobsplus tiegħek u l-paġni kollha taċ-Ċertifikat ta’ Tmiem l-Iskola. Jekk tlabt ukoll Allowances Supplimentari, kun żgur li ttella' wkoll id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa taħt it-titlu t-tajjeb.

 

Ladarba timla l-formola onlajn kun żgur li tikklikkja fuq il-buttuna, ibgħat l-applikazzjoni tiegħek.


L-istudenti jistgħu jieħdu sa 10 minuti biex jidħlu, jimlew u jissottomettu applikazzjoni onlajn b'mod korrett. Dan il-perjodu ta' żmien jassumi li kopji elettroniċi tad-dokumenti mitluba huma diġà disponibbli u l-kont IBAN diġà disponibbli.

 

L-istudenti jistgħu jemendaw l-applikazzjonijiet tagħhom onlajn għal Stipendji u Għotja sal-aħħar ta’ Ġunju tas-sena akkademika rispettiva.

 

Ma jsirx aktar ipproċessar ta' applikazzjonijiet onlajn wara t-30 ta' Ġunju 2023.

 

Intitolamenti

 

Għotjiet u Stipendji għall-Istudenti jinkludu dan li ġej:

 

    Għotja ta' Darba
    Għotja Inizjali
    Stipendji
    Għotja għal Ġenituri Waħedhom
    Stipendju Speċjali tas-Sajf
    Stipendju Top-Up
    Għotjiet Supplimentari

 

 X'se tirċievi f'termini ta' Stipendji u Għotjiet

 

L-għoti ta’ Stipendji u Għotjiet għall-Istudenti huwa konness mal-Livell QMK u l-klassifikazzjoni tal-kors li qed jaqraw għalih l-istudenti skont it-tabella hawn taħt:

 

 

 

Instituzzjoni u Klassifikazzjoni tal-Kors

*Livell QMK

Għotja ta’ Darba

Għotja Inizjali

Stipendju

Kors Post-Sekondarju

Livell 3 sa 4

Mhux applikabbli

€332.94

€101.89

Kors Vokazzjonali fl-MCAST

Livell A – B, 2 sa 4

Mhux applikabbli

€332.94

€101.89

Kors Vokazzjonali fl-MCAST

Livell 5

Mhux applikabbli

€565.87

€101.89

Kors Ġenerali fl-MCAST

Livell 6

€465.87

€565.87

€101.89

Kors Preskritt fl-MCAST

Livell 6

€698.81

€798.81

€178.30

Ċertifikat fl-Universita’ ta’ Malta

Livell 4

Mhux applikabbli

€332.94

€101.89

Diploma fl-Universita’ ta’ Malta

Livell 5

Mhux applikabbli

€565.87

€101.89

Kors Preparatorju Ġenerali fl-Universita’ ta’ Malta

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

€565.87

€101.89

Kors Preparatorju Preskritt fl-Universita’ ta’ Malta

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

€798.81

€178.30

Kors ta’ Baċellerat Ġenerali fl-Universita’ ta’ Malta

Livell 6

€465.87

€565.87

€101.89

Kors ta’ Baċellerat Preskritt fl-Universita’ ta’ Malta

Livell 6

€698.81

€798.81

€178.30

Kors ta’ Masters Ġenerali fl-Universita’ ta’ Malta

Livell 7

N/A

€565.87

€101.89

Kors ta’ Masters Preskritt fl-Universita’ ta’ Malta

Livell 7

N/A

€798.81

€178.30

*QMK – Qasam Malti għall-Kwalifiki

 

Dati ta’ Ħlas ta’ Stipendju għas-Sena Akkademika 2022 – 2023

 

    2 ta’ Diċembru 2022

    30 ta’ Diċembru 2022

    27 ta’ Jannar 2023

    24 ta’ Frar 2023

    24 ta’ Marzu 2023

    21 ta' April 2023

    19 ta’ Mejju 2023

    16 ta’ Ġunju 2023

    14 ta’ Lulju 2023

    11 ta’ Awwissu 2023

 

Id-dati tal-istipendji li ġejjin huma applikabbli biss għal studenti li jsegwu t-3 Semestru tagħhom u dawk fuq programmi ta' Apprentistat:

    7 ta’ Settembru 2023

    6 ta' Ottubru 2023

    4 ta’ Novembru 2023

 

Ħlas ta' Stipendji u Għotjiet

L-Istipendji u l-Għotjiet kollha jiġu kkreditati direttament fil-kont bankarju li l-istudenti jispeċifikaw fl-applikazzjoni onlajn tagħhom, wara li t-Taqsima tal-Għotjiet għall-Manteniment tal-Istudenti tirċievi konferma mill-Istituzzjonijiet Edukattivi rispettivi dwar il-bidu tal-kors, u wara li l-istudenti jikkonfermaw l-applikazzjoni tagħhom onlajn. Importanti  li l-istudenti jdaħħlu n-numru tal-kont IBAN attiv u korrett tagħhom stess fl-applikazzjoni onlajn tagħhom.

 

L-ebda twissijiet ma jintbagħtu lill-istudenti meta l-istipendji u l-għotjiet jiġu kkreditati lill-istudenti. Dan is-servizz jista' jintalab mingħand il-banek stess.

 

Ħolqa tal-Applikazzjoni:

https://education.gov.mt/en/studentsgrants/Pages/default.aspx