Navigate Up
Sign In

Informazzjoni dwar l-Applikazzjoni

Biex japplikaw għal Stipendji u Għotjiet għall-Istudenti, l-istudenti jridu jidħlu fuq https://education.gov.mt/en/studentsgrants/Pages/default.aspx bl-e-ID u l-password personali tagħhom sabiex jimlew il-formola tal-applikazzjoni onlajn.

Id-dettalji personali jittellgħu awtomatikament fl-applikazzjoni. L-applikanti jkunu meħtieġa jagħżlu dettalji dwar il-kors tal-istudji tagħhom u jdaħħlu l-IBAN tagħhom (in-numru tal-kont bankarju). Huwa ta' importanza kbira li l-formola elettronika timtela b'mod korrett sabiex ma jkunx hemm dewmien fl-ipproċessar tal-formola tal-applikazzjoni. L-istudenti jridu japplikaw għal Stipendji u Għotjiet tal-Istudenti onlajn qabel l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena akkademika rispettiva.

Studenti ġodda għandhom jiskannjaw u jtellgħu kopja tal-paġni kollha taċ-Ċertifikat tat-Tmiem l-Iskola Sekondarja (Year 11 / Form 5), maħruġ mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni.

Dokument ieħor obbligatorju għall-applikanti għall-ewwel darba huwa l-Jobsplus Employment History. Dan jista’ jitniżżel mis-sit elettroniku ta’ Jobsplus https://jobsplus.gov.mt/  bl-użu tal-e-ID u l-passwerd.

Billi jissottomettu l-Formola tal-Applikazzjoni, l-applikanti għandhom ikunu:

1. Jikkonfermaw li l-informazzjoni kollha mibgħuta hija korretta u li jorbtu lilhom infushom li jħallsu lura lill-Gvern ta’ Malta l-ammont ta’ flus indikat mill-Awtoritajiet, jekk għal xi raġuni: i. iqarrqu lill-awtoritajiet permezz tal-informazzjoni sottomessa; ii. assenti lilhom infushom mill-kors; iii. jonqsu milli jirreġistraw progress sodisfaċenti; jew iv. iwaqqfu l-istudji tagħhom.

2. Jawtorizzaw lill-awtoritajiet rispettivi biex jivverifikaw l-informazzjoni sottomessa kif jista’ jkun meħtieġ, inkluż il-kisba ta’ informazzjoni minn Entitajiet/Dipartimenti/Istituti oħra tal-Gvern b’rabta mal-applikazzjoni sottomessa. Kwalunkwe informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija lil Dipartimenti/Istituti/Entitajiet oħra involuti fl-ipproċessar tal-applikazzjoni u għal skopijiet ta’ customer care. Ukoll, l-informazzjoni tista’ tintbagħat għal skopijiet ta’ statistika lil Dipartimenti/Istituti/Entitajiet oħra.

3. Jawtorizzaw lill-Awtoritajiet rispettivi biex jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jirkupraw kwalunkwe ħlas żejjed jew ammonti dovuti mill-applikanti.

4. Jiddikjaraw li m’għandhomx ikunu qed jaħdmu aktar minn 25 siegħa fil-ġimgħa matul is-sena akkademika rispettiva.​

Wara s-sottomissjoni ta' applikazzjoni ġdida u konferma mill-ġdid tal-applikazzjoni onlajn, l-istudenti jirċievu email u SMS li jikkonfermaw is-sottomissjoni tagħhom. L-applikanti għandhom jimmonitorjaw l-applikazzjoni tagħhom, peress li meta l-uffiċċju tal-Istipendji jirċievu l-konferma tal-Istituzzjonijiet Edukattivi tal-bidu jew tal-kontinwazzjoni tal-kors tal-istudenti, l-istudenti jkollhom jerġgħu jikkonfermaw l-applikazzjoni tagħhom onlajn.