Edukazzjoni ta’ kwalità għolja għal dawk li għadhom se jigradwaw hija ta’ importanza ċentrali għal bosta raġunijiet: ħaddiema li jiksbu aktar ħiliet u l-iżvilupp ta’ oqsma oħra ta’ studju u ta’ speċjalizzazzjoni. Din hi ċ-ċavetta għal progress ekonomiku u soċjali. Barra minn hekk din hi essenzjali għal individwi li qed ikomplu jkabbru l-professjonalità tagħhom.
Il-Gvern Malti jemmen li l-istudenti għandhom bosta opportunitajiet distinti u validi fejn jidħlu korsijiet li jwasslu għal degree u programmi li huma provduti, jew permezz ta’ istituzzjonijiet edukattivi barranin għolja jew permezz ta’ istituzzjonijiet edukattivi privati rrikonoxxuti f’Malta stess.
L-Iskema Governattiva ta’ Malta għal dawk li għadhom se jigradwaw (l-MGUS) 2015 għandha l-għan li tipprovdi aktar opportunitajiet u li twessa’ l-għażliet ta’ degrees jew kwalifikazzjonijiet għal studenti li għadhom se jigradwaw sal-livell 6 tal-MQF li tinkludi Gradi ta’ Baċellerat u l-kwalifikazzjonijiet vokazzjonali, klassifikati bħala livell 6 jew livell ekwivalenti taħt il-Malta Qualification Framework (MQF)[1].
Permezz ta’ din l-iskema il-Gvern qed jestendi l-għajnuna finanzjarja aċċessibbli għall-istudenti li se jigradwaw mill-Università ta’ Malta, għal studenti oħra Maltin li qed jistudjaw xi ħaġa oħra ekwivalenti, f’istituzzjonijiet oħra, li jwasslu għal kwalifikazzjoni rikonoxxuta lokalment u barra f’livell sitta tal-MQF.
L-oġġettivi ewlenin ta’ din l-iskema għal studenti li se jigradwaw:
· Biex iħeġġeġ aktar studenti jipparteċipaw u jistudjaw f’livell undergraduate kemm Malta kif ukoll barra minn Malta;
· Biex jippromwovi eċċellenza akkademika / vokazzjonali fis-settur privat;
· Biex iwessa’ l-firxa ta’ għażliet għal degrees / kwalifikazzjonijiet u istituzzjonijiet.
Sabiex tkun eleġibbli taħt din l-iskema l-applikanti għandhom ikunu studenti li b’mod kurrenti huma reġistrati bħala full-time, fiżikament fuq il-kampus, jagħmlu kors ta’ studju f’waħda mill-istituzzjonijiet li ġejjin:
· Istituzzjoni tal-edukazzjoni ogħla liċenzjata privata jew ċentru ta’ tagħlim liċenzjat f’Malta li joffru korsijiet li jwasslu għar-rikonoxximnet MQF Livell 6, or;
· Istituzzjoni għall-edukazzjoni ogħla barranija li joffru r-rikonoxximent tal-Kwalifikazzjoni MQF Livell 6.
Nota: Din l-iskema teskludi studenti reġistrati bħala Distance Learning, Full-time Distance Learning, Part-time kif ukoll Blended Courses.
Għall-fini ta’ din l-iskema, ‘ir-rikonoxximent tal-Kwalifikazzjoni MQF Livell 6’ tirreferi għall-kwalifiċi kklassifikati bħala bħala korsijiet undergraduate / korsijiet vokazzjonali ekwivalenti għal MQF Livell 6 mill-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC) li jaqa’ taħt in-National Council for Further and Higher Education (NCFHE).
Fl-applikazzjoni l-istudent huwa mitlub li jiddikjara jekk qattx kienu bbenefikaw minn borza ta’ studju jew jekk qattx kinux jieħdu l-Għotjiet ta’ Mantenimenti lill-Istudenti minn xi istituzzjoni edukattiva għaliex din tiddetermina l-eleġibbiltà.
[1]Għal aktar informazzjoni fuq in-National Qualification Framework, ċempel lill-Kunsill Malti għall-Kwalifikazzjoni fuq +356 21801411 jew żur is-sit: www.ncfhe.org.mt/. Għal għanijiet komparattivi, il-Livell 6 tal-MQF ikun ekwivalenti għal-livell 6 tal-ISCED. Għal aktar informazzjoni fuq il-Klassifikazzjoni Internazzjonali Standardizzata għall-Edukazzjoni ISCED 2011), idħol f’dan is-sit: www.unesco.org/education/information/nfsunesco/doc/isced_2011.htm