AVVIZ IMPORTANTI
___________________________________
Fondazzjonijiet u Assoċjazzjonijiet
Skond ir-Regolamenti fl-Avviżi Legali 375 u 376 tal-2017 rigward is Reġistru tas-
Sidien Benefiċjarji
Kull fondazzjoni u kull assoċjazzjoni qiegħda tiġi mitluba tosserva l-Leġislazzjoni
Sussidjarja 16.15 u 16.16 rispettivament, rigward r-Regolamenti dwar ir-Reġistru
tas-Sidien Benefiċjarji – Fondazzjonijiet (it-Tieni Skeda)(Kodiċi Ċivili) u r-
Regolamenti dwar ir-Reġistru tas-Sidien Benefiċjarji – Assoċjazzjonijiet (it-Tieni
Skeda)(Kodiċi Ċivili) billi tissottometti Form 1 li tinsab fuq il-paġna tal-web tar-
Reġistratur għall-Persuni Ġuridiċi https://identitymalta.com/legalpersons .
Dawn ir-Regolamenti japplikaw għal fondazzjonijiet KOLLHA u għal
Assoċjazzjonijiet KOLLHA, inklużi organizzazzjonijiet volontarji, reliġjużi, sportivi,
koperattivi u soċjetajiet ċivili u organizzazzjonijiet legali oħra li għandhom Statut, li
m’humiex eżentati mill-istess Regolamenti imsemija hawn taħt (ara (ii) iktar l-isfel),
KEMM JEKK HUMA RREĠISTRATI KIF UKOLL JEKK M’HUMIEX taħt
kwalunkwe liġi, u KEMM JEKK STABBILITI QABEL KIF UKOLL WARA L-1
TA’ JANNAR, 2018.
Addizzjonalment, ħlief għal dawk l-organizzazzonijiet li huma diġà reġistrati mar-
Reġistratur għal Persuni Ġuridiċi, fir-Reġistru Pubbliku, Malta, għandu jiġi sottomess
ukoll lir-Reġistratur kopja awtentikata tal-aħħar Statut flimkien ma’ Form 1.
Scan ta’ Form 1 u ta’l-iStatut jistgħu jiġu sottomessi għal verifika permezz tal-posta
elettronika lil rochelle.magri@gov.mt u lil legalpersonsregister.info@gov.mt
Għandu jiġi nnutat kif ġej:
(i) Dawn ir-Regolamenti daħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar, 2018, sabiex
jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-
sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-
terroriżmu;
(ii) Dawn l-organizzazzjonijiet li ġejjin huma eżentati u m’huwiex meħtieġ illi
josservaw ir-Regolamenti: fondazzjonijiet imwaqqfa u kkontrollati mill-
Gvern ta’ Malta, fondazzjonijiet piji u dawk ekkleżjastiċi fil-forma ta’
fondazzjinijiet, legati taż-żwieġ, assoċjazzjonijiet ta’ persuni rreġistrati
taħt l-Att dwar il-Kumpaniji, assoċjazzjonijiet mwaqqfa taħt l-Att dwar
il-Condominia, trade unions u assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem.
(iii) Iżjed informazzjoni u l-formoli meħtieġa jinsabu fuq il-paġna tal-web tar-
Reġistratur għall-Persuni Ġuridiċi: https://identitymalta.com/legalpersons . Il-
Formola li għandha tiġi sottomessa hija Form 1 li tista’ titniżżel mis-sezzjoni
Application Forms li tinsab isfel nett tal-paġna.
(iv) Ir-Regolamenti msemmija f’dan l-avviż kif ukoll noti ta’ spjegazzjoni u l-
metodu ta’ sottomissjoni, huma wkoll disponibbli fuq il-paġna tal-web
https://identitymalta.com/legalpersons .
(v) Għal aktar informazzjoni, l-organizzazzjonijiet imsemmija hawn fuq huma
ġentilment mitluba jikkuntattjaw l-Uffiċċju tar-Reġistratur għall-Persuni
Ġuridiċi, ġewwa r-Reġistru Pubbliku ta’ Malta, Identity Malta, Evans Building
Level 1, Triq il-Merkanti, Valletta, fuq in-numri tat-telefon 25904108/9 jew
permezz ta’ email lil hilary.grech@gov.mt u lil rochelle.magri@gov.mt
Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni hija t-30 ta’
Ġunju, 2019
Pieni huma mposti fuq kull organizzazzjoni illi tonqos milli tosserva dawn ir-
Regolamenti.
Rigward bidliet li jseħħu wara s-sottomissjoni ta’ Form 1, għandha tiġi sottomessa
Form 2 fi żmien erbatax (14) il-ġurnata. hekk kif stipulat fir-Regolamenti. Pieni huma
mposti ukoll fin-nuqqas ta’ dan.