Navigate Up
Sign In

Premju Frans Sammut

Reference Number:  , Press Release Issue Date: May 19, 2014
 
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed iniedi l-Premju Frans Sammut, maħsub biex l-użu tajjeb tal-lingwa Maltija jinfirex fil-ħidmiet li jwettqu l-entitajiet privati, l-istituzzjonijiet governattivi, il-mezzi tax-xandir u l-iskejjel kemm fil-komunikazzjoni verbali kif ukoll fil-komunikazzjoni bil-kitba.

Il-Premju jinqasam f’żewġ kategoriji – l-entitajiet u l-iskejjel (kemm privati kif ukoll tal-gvern) .
 
Jingħataw tliet premjijiet f’kull kategorija li jkunu:
L-Ewwel                     €1,000
It-Tieni                        €500
It-Tielet                       €250

Jistgħu jiġu nnominati entitajiet skont kif stipulat fir-Regolamenti u Linji Gwida li 
jkunu qegħdin jinqdew bil-Malti bil-fomm, bil-kitba u bil-mezzi elettroniċi f’xi aspett tal-operat tagħhom.

Aġġornat – 19 ta’ Settembru 2014​

Bħalissa l-Ġurija tal-Premju Frans Sammut qiegħda tevalwa s-sottomissjonijiet u tħejji għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni.​

  

Għal aktar tagħrif, ara www.education.gov.mt jew ċempel 2598 2885