Navigate Up
Sign In

Strateġiji ġodda li se jkunu implimentati għall-benefiċċju tas-settur edukattiv kollu

Reference Number: PR211728, Press Release Issue Date: Sep 22, 2021
 

 
 
Matul ix-xhur li għaddew il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħadem fuq ħames strateġiji li jkopru setturi vasti fis-settur edukattiv li nieda wkoll għall-konsultazzjoni pubblika. Waqt konferenza, ġew ippreżentati l-ħames strateġiji u wkoll ingħatat spjega dwar kif dawn se jkunu implimentati u kif dawn se jtejbu s-settur edukattiv.

L-istrateġiji huma: National Policy Framework for Early Childhood Education and Care; Early Leaving from Education and Training Strategy; National Literacy Strategy; National Strategy for Adult Learning; u l-MCAST Strategic Plan 2022-2027 – a Community College for All.

Fil-ftuħ tal-konferenza, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li l-edukazzjoni hija lqofol u ċ-ċavetta biex il-pajjiż ikollu ekonomija b’saħħitha fid-deċenji li ġejjin. “Biex dan iseħħ, pajjiżna jrid jagħmel dak l-investiment neċessarju fil-qasam edukattiv, investiment li jrid iwassal biex nimmodernizzaw l-infrastruttura edukattiva; li jkollna edukazzjoni aċċessibbli għal kullħadd; edukazzjoni ħolistika, li tinkludi mhux biss l-edukazzjoni formali iżda wkoll dik informali”.

F’dawn l-aħħar snin, il-gvern beda jwettaq riforma fis-settur edukattiv imsejsa fuq viżjoni li kull persuna – tfal u adulti – jkollha l-għodod biex timxi ’l quddiem fil-ħajja u b’hekk niżguraw li ħadd ma jibqa’ lura. Minn mudell ta ‘one size fits all’, is-settur edukattiv għadda għal sistema mfassla għall-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet individwali. 

Din il-viżjoni mhix limitata għall-iskejjel u l-iżvilupp akkademiku, imma wkoll tinkorpora childcare f’età bikrija, l-aspett vokazzjonali li ngħata rikonoxximent ikbar, l-edukazzjoni għall-adulti u liżvilupp personali u soċjali. Il-pern ta’ kull riforma huwa l-bidliet fil-ħajja ta’ kuljum li narawh f’riżultati, faċilitajiet aħjar u ħidma mal-istakeholders fi proċess ta’ konsultazzjoni kontinwa li tħalli frott.

Fl-aħħar xhur, tnedew l-istrategiji ġodda, sabiex il-Ministeru għall-Edukazzjoni jkompli jibni fuq issuċċessi tal-passat waqt li jindirizza nuqqasijiet u sfidi u realtajiet ġodda fid-dinja tax-xogħol u filkompożizzjoni tas-soċjeta Maltija li qed issir iktar multikulturali.

Il-Ministru Caruana qalet li, “F’dinja li l-ħin kollhu qed tinbidel, huwa kruċjali li kontinwament nilqgħu għal sfidi ġodda bi strateġiji b’targets definiti u li jistgħu jitwettqu. Dan l-eżerċizzju tal-lum huwa kif din il-ħidma tagħna issa se tkun implimentata fis-settur edukattiv”.