Navigate Up
Sign In

Imniedi d-dokument ‘Trans, Gender Variant and Intersex Students in Schools’

Reference Number: PR151398, Press Release Issue Date: Jun 16, 2015
 

pr151398a.jpeg

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli nidew id-dokument ‘Trans, Gender Variant and Intersex Students in Schools’. Dan id-dokument, li jista jiġi mniżżel mis-sit education.gov.mt, ipoġġi fuq il-mejda qafas importanti f’dan il-qasam f’ambjent skolastiku.

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli semmiet kif din il-policy toħroġ mill-obbligi tal-Liġi dwar l-identità tal-Ġeneru li l-Parlament approva xahrejn ilu.

Semmiet kif bosta pajjiżi barranin qed iħarsu lejn il-mudell Malti għat-tfassil ta’ liġi simili.

Dr Dalli qalet li l-Gvern għandu dover li jara li ma jkomplix iżid piżijiet aktar milli diġà toħloq is-soċjetà fuq persuni trans u intersex hekk kif kulħadd għandu jkollu l-istess drittijijet.

Silvan Agius Policy Coordinator fi ħdan il-Ministeru għal-Libertajiet Ċivili spjega kif il-liġi dwar l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess taħseb diġà għal dokumenti ta’ politika bħal dan li qed ikun imniedi llum minħabba li Artiklu 13 jobliga lill-Gvern sabiex fi żmien tliet snin idaħħal il-miżuri kollha neċessarji sabiex kull persuna tkun trattata b’dinjità u tkun tista’ tirnexxi fis-soċjetà tagħna. F’das-sens il-Ministeru tal-Edukazzjoni hu l-ewwel ministeru li qed idaħħal qafas ta’ politika li jilħaq dan, fi żmien rekord ta’ xahrejn biss. 

Intant, it-tnedija ta’ din il-policy edukattiva għal tfal trans, gender variant u intersess kienet imfaħħra minn ILGA Europe li ddeskrivitha bħala l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fl-Ewropa hekk kif l-ebda pajjiż ieħor Ewropew s’issa m’għandu policy li tiffoka b’mod speċifiku fuq il-bżonnijiet ta’ tfal trans, gender variant u intersess. ILGA Europe qalet li din il-policy tista’ twitti t-triq għal inizjattivi simili madwra l-Ewropa kollha.


T_IntersexPolicy.PNG