Navigate Up
Sign In

Klabb 3-16 / Skolasajf and Klabbsajf

Reference Number:  , Press Release Issue Date: May 20, 2014
 
Biex jittaffa l-piż fuq il-familji se jkun hemm roħs fis-servizz ta’ Klabb 3-16 u Skolasajf - il-prezz ta' dan is-servizz se jkun ta' €25, bil-prezz ta' sigħat addizzjonali jorħos min €1.20 għal 80c is-siegħa. In-numru ta' ċentri li kienu joffru sigħat addizzjonali se jiżdied minn 17 għal 30 lokalità biex l-ħinijet issa jiġu estizi bejn is-7am u l-5.30pm. Kull roħs se japplika wkoll għax-xitwa.
Minbarra l-aspett edukattiv din hija inizjattiva oħra tal-Gvern li tgħin lil ġenituri jkomplu jaħdmu u timbotta l-kunċett ta’ making work pay.

Il-Klabb 3-16 huwa programm ta’ wara l-ħin tal-iskola li joffri servizz ta’ ħarsien għal tfal tal-iskola. Is-servizz ġie mwaqqaf fl-2009 u huwa pprovdut mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES). L-għan prinċipali ta’ Klabb 3-16 huwa li jkopri l-ħin battal ta’ wara l-iskola sakemm il-ġenituri jispiċċaw mix-xogħol u jipprovdi ħarsien anki waqt ġranet ta’ vaganzi.
 
Application Form

Klabb 3-16 joffri servizz għal tfal bejn 3 snin u 16-il sena li jattendu skejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Indipendenti.
Dan is-sajf, is-servizz ta’ Klabb 3-16 ser ikun offrut minn dawn it-tletin ċentru li jinsabu fl-Iskejjel Primarji tal-Istat. Dawn iċ-ċentri ser ikunu miftuħa bejn is-7.00am u l-5.30pm. Ma’ dawn it-30 ċentru ser ikun hemm 34 ċentru ieħor ta’ Skolasajf.

Il-lokalitajiet li ser joffru s-servizz addizzjonali fis-sajf u fix-xitwa huma dawn elenkatati hawn ta
ħt. Dawn iċ-ċentri ser jiftħu bejn is-7am u 5.30pm fix-xhur tas-sajf.

Attard, B’Bugia, B’Kara, Cospicua, il-Fgura, il-Furjana, il-Ħamrun GP, Ħal Luqa, il-Mellieħa, l-Imġarr, il-Mosta,  M’Scala, in-Naxxar, Paola, Pembroke, Ħal Qormi S
an Ġorġ, ir-Rabat, San Ġwann, is-Siġġiewi, Tas-Sliema, Sta Venera, San Pawl il-Baħar, il-Belt Valletta, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun, iż-Żurrieq. F’Għawdex dan is-servizz se jingħata ġewwa n-Nadur, Victoria u x-Xagħra.

Filwaqt li dawn iċ-
Ċentri ta’ Skolasajf  se jiftħu bejn it-8.30am u 12.30pm: Burmarrad, Ħad-Dingli, il-Għargħur, Ħal Għaxaq, il-Gudja, il-Gżira, il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Lija/Balzan, il-Marsa, l-Imqabba, l-Imsida, l-Imtarfa, M’Xlokk, il-Pietà, Ħal Qormi San Bastjan, il-Qrendi, Ħal Safi, Ħal Tarxien, Senglea, ix-Xgħajra, Għajnsielem, l-Għarb, Kerċem, il-Qala, Sannat, San Lawrenz, ix-Xewkija u ż-Żebbuġ (Għawdex). 

Iċ-
Ċentri ta’ Riżorsi  St Benedict College, Hellen Keller Secondary/Young Adult Educational Resource Centre, Qrendi; St Clare College, San Miguel Primary Education Resource Centre, Pembroke; St Ġorġ Preca College, Guardian Angel Secondary Education Resource Centre, il-Ħamrun u Maria Regina College, Dun Manwel Attard Young Adult Education Resource Centre, il-Wardija se jiftħu nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa bejn 8.00am and 2.00pm. Iċ-ċentru ta’ Riżorsi ġewwa Sannat Għawdex se jopera kuljum bejn 8.00am u 12.30pm.