Navigate Up
Sign In

Premju Frans Sammut 2016-2017

PremjuFransSammut.png 
 

​Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol bi pjaċir iħabbar it-tielet edizzjoni tal-Premju Frans Sammut. Dan il-Premju ji​ngħata kull sena lil dawk il-persuni, skejjel u entitajiet privati, istituzzjonijiet governattivi jew mezzi tax-xandir li juru li fil-komunikazzjoni verbali, bil-kitba u elettronika jinqdew bl-ilsien Malti b’mod eżemplari, kreattiv u innovattiv.

Il-Premju jinqasam fi tliet kategoriji:

  • Kategorija A: Għal individwi minn erbatax-il sena ’l fuq minn kull qasam tal-ħajja.
  • Kategorija B: Għall-entitajiet, fosthom għaqdiet volontarji, kunsilli lokali, kumpaniji privati, istituzzjonijiet governattivi, fondazzjonijiet, koperattivi u l-bqija.​
  • Kategorija Ċ: Għal skejjel statali, tal-knisja u privati, u entitajiet oħra edukattivi.

Il-premjijiet huma ta’ €1500, €1000 jew €500 f’kull kategorija.

 Regoli u Linji Gwida 

 Applikazzjoni